Wara l-jiem impenjattivi li kellu f’Malta għall-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew u anke għall-konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar il-linji gwida għall-Brexit Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-Ġimgħa wara nofsinhar, f’jum ta’ festa pubblika, għażel li jqatta’ ħin ta’ rilassament fil-gżira Għawdxija.
Tusk fil-fatt għażel ristorant fix-Xlendi biex kiel ikla tajba f’ambjent uniku li toffri il-Gżira Għawdxija.
//= $special ?>