Lokali

FILMAT: Ara kif il-Yellow Pages se jibda’ jasal fuq il-bejt

Għal snin sħaħ il-Maltin u l-Għawdxin irċivew il-ktieb tal-Yellow Pages fuq l-għatba tal-bieb, iżda issa se jibdew jirċivuh fuq il-bejt jew permezz ta’ drone. Il-Kumpannija Yellow Pages qalet dan permezz ta’ stqarrija biex twassal id-direttorji l-ġodda sal-bieb tal-Maltin mingħajr ebda periklu u b’mod li jdum inqas minn 30 minuta sakemm jasal mill-uffiċju ta’ Yellow Pages sad-dar tiegħek.

Qalet li dan il-kunċett qed jissejjaħ ‘Yellow Air’. Din se tuża l-iktar teknoloġija riċenti tal-GPS biex tqassam il-Yellow sar-reesidenza tiegħek Il-kumpannija qalet li l-ambjent huwa prijorità, u għalhekk id-direttorju se jiġi mqassam f’kaxxa li tiflaħ addattata li tiflaħ għall-elementi, fejn tista’ ukoll tirriċikla d-direttorju l-antik u jtir lura għall-uffiċċju ta’ Yellow.

Il-provi tat-tqassim fl-ajru diġa beda, b’kopji antiki li qegħdin jitqassmu lil numru ta’ klijenti.

Niżżel il-Yellow App minn www.yellow.com.mt/app u rreġistra biex tirreġistra għal dan is-servizz.