Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona ftaħar bl-ekonomija u bin-niċeċ ġodda li ġab il-Gvern fl-aħħar erba’ snin.
NET News staqsa lil Cardona x’niċeċ kien qed isemmi, bil-Ministru jgħid li fost in-niċeċ ġodda li ġab il-Gvern hemm il-park tal-life sciences u s-settur tal-gaming – żewġ setturi li kulħadd jaf li ġabhom Gvern Nazzjonalista.
Ta’ min jinnota li l-konferenza tal-aħbarijiet saret f’April Fools’, jiġifieri mhux eskluż li l-Ministru kien qed jiġbed saqajn il-ġurnalisti bir-risposta tiegħu.
//= $special ?>