Għaddiet ġimgħa u l-istudenti għadhom sal-llum ma jafux x’passi se jieħu l-MATSEC Board biex huma ma jbatux għat-traskuraġni ta’ ħaddieħor.
Hekk stqarr id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, kelliem dwar l-Edukazzjoni Bikrija u Obbligatorja fi tweet li għamel b’referenza għal dak li ġara ġimgħa ilu fl-eżamijiet O Level tat-Taljan.
L-istudenti kienu mitluba jisimgħu silta bil-lingwa Taljana imbagħad jirrispondu l-mistoqsijiet dwar dak li jkunu fehmu. Imma jirriżulta li dawk li kienu qed jagħmlu l-eżami fil-Kulleġġ De La Salle, is-silta li nstemgħet kienet ta’ kwalita’ ħażina u l-istudenti ma fehmux sew dak li kienu eżaminati fuqu.
//= $special ?>