Lokali

Il-koppja se tieħu passi legali kontra l-persuna li xerrdet il-filmat

Il-Pulizija se tieħu passi legali kontra persuna li xerrdet il-filmat ta’ koppja jwettqu atti sesswali f’karozza.

L-Avukat li qed jirrapreżenta lill-vittmi, Andy Ellul, il-Ġimgħa ppreżenta kwerela lill-Pulizija biex tiġi investigata persuna li xerrdet dan il-filmat online.

Il-Pulizija, mis-sezzjoni tas-Cyber Crime qed tinvestiga l-każ u mhux eskluż li tinfetaħ kawża ċivili fil-konfront tal-persuna li xerrdet il-filmat.

Kif irraporta Net News jumejn ilu, it-tixrid ta’ filmati personali huwa illegali.

Dan wara li din il-ġimgħa kien qed jixtered filmat ta’ atti sesswali minn tfajal u ġuvni f’karozza.