Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Gilbert Baker, il-bniedem li ħoloq il-bandiera li tirrapreżenta d-drittijiet tal-LGBT. Hu miet fl-eta’ ta’ 65 sena waqt li kien rieqed fir-residenza tiegħu fi New York.
Gilbert, li hu minn san Francisco, kien ħoloq din il-bandiera bil-kuluri tal-qawsalla fl-1978 u oriġinarjament kellha tmien kuluri li kienu jirrappreżentaw aspetti differenti tal-umanita. Imma maż-żmien dawn tnaqqsu għal sitta.
//= $special ?>