Lokali

Imut Tonio Casapinta

Tonio Casapinta

Tħabbret il-mewt ta’ Tonio Casapinta, intraprenditur ewlieni u konslu onorarju u viċi chairman tal-Kamra tal-Kummerċ. Casapinta miet fl-eta’ ta’ 68 sena.

Tonio Casapinta serva wkoll bhala Konslu Generali għar-Repubblika Ċeka f’Malta bħala membru tal-Kunsill tal-Korporazzjoni tat-Trade Fairs f’Malta, is-Soċjetà Maltija tal-Arti, l-Manifattura u l-Kummerċ, membru tal-Kamra tal-Kummerċ bejn il-Libja u Malta, kif ukoll ta’ Trade Malta.

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Tonio Casapinta

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Tonio Casapinta.

Tonio Casapinta għamel ħafna għal Malta fid-diversi karigi li kellu matul is-snin.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-familja Casapinta f’dan il-mument diffiċli.