Lokali

Karozza tieħu n-nar fil-Fgura

Ritratt mill-akivji

Għall-ħabta tal-21.45 tal-bieraħ vettura tat-tip BMW 520 ħadet in-nar fi Triq Wied Blandun il-Fgura. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll il-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident filwaqt li dwar dan il-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.

Intant ilbieraħ ukoll, karozza oħra tat-tip BMW ħadet in-nar, din id-darba aktarx kawża ta’ short circuit. Sid il-karozza kien preżenti meta n-nirien kienu kkontrollati fi Triq Geromino Abos, l-Iklin, għall-ħabta tas-13:55.