Kurżitajiet Lokali

L-FKK Acapulco issa f’Malta wkoll. Se jiftaħ flok l-Awtorità tax-Xandir il-Ħamrun

L-FKK Acapulco Malta se jiftaħ fi Triq Mile End minflok il-binja tal-Awtorita' tax-Xandir
L-FKK Acapulco f'Malta mistenni jiftaħ fit-28 ta' Ġunju

L-FKK Acapulco, burdell li hu magħruf madwar l-Ewropa kollha, se jiftaħ f’Malta wkoll.
Dan il-burdell fih ikun hemm nisa minn diversi pajjiżi, u jmorru fih diversi rġiel, saħansitra popolari ħafna mal-politiċi.

Mal-Maltin, l-aktar kumpless popolari huwa dak li hemm fil-Ġermanja qrib Dusseldorf, dan wara li kien faqqa l-iskandlu li l-Ministru Chris Cardona mar f’dan il-burdell waqt xogħol tal-Gvern.

Jidher li minn dakinhar ‘l quddiem ir-relazzjonijiet mal-Gvern Malti tjiebu ħafna u fil-fatt il-Gvern irnexxielu jġib dan l-investiment kbir lejn Malta.

Net News kiseb din l-informazzjoni mill-Ministeru għall-Ekonomija wara li l-ġurnalist Mario Frendo kellu intervista mal-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona li kkonferma din l-aħbar u saħansitra qal li l-FKK mistenni jiftaħ fit-28 ta’ Ġunju.

Net News jinsab infurmat ukoll li l-ewwel minn sensiela ta’ stabbilimenti li se jiftaħ l-FKK acapulco se jkun fil-Ħamrun, fi Triq Mile End, minflok il-binja l-ġdida tal-Awtorita’ tax-Xandir. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat, kien hemm kontroversja sħiħa dwar id-deċiżjoni tal-eks Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir li toħroġ l-Awtorità minn din il-binja biex ikun jista’ jmur hemmhekk il-Ministeru ta’ Chris Cardona. Issa, jirriżulta, li d-deċiżjoni kienet parti minn pjan biex dan il-post jiġi trasformat f’burdell li jkun ‘l-aqwa fl-Ewropa’.

Inċidentalment l-FKK Acapulco se jiftaħ fl-istess triq taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.