Futbol Sport

Liverpool jirbħu d-derby kontra Everton

It-tamiet li Liverpool jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Permeirship ħadu spinta hekk kif dawn rebħu bi skor ta’ 3-1 fid-derby kontra r-rivali Everton.

F’Anfield kienu għaddew biss tmien minuti meta Liverpool marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ MANE li sab ix-xibka b’xutt fir-rokna.

Fit-28 minuta Everton ġabu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner approfitta minn konfużjoni fil-kaxxa PENNINGTON li skurja mill-viċin.

Madankollu Everton ftit damu jiċċelebraw għax żewġ minuti wara kien COUTINHO li reġa’ poġġa lit-tim ta’ Klopp fil-vantaġġ b’gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa.

Mas-siegħa logħob ORIGI ssiġilla l-konfront favur Liverpool b’gowl ieħor. Grazzi għal dan ir-riżultat issa Liverpool ġabru 10 punti mill-aħħar 4 erba’ partiti.