Il-Kumitat Sezzjonali P.N. Tarxien flimkien mal-Kunsilliera Lokali tal-P.N. jħeġġu lill-‘Board’ ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar sabiex ma’ japprovax applikazzjoni numru PA/04689/16, li hija applikazzjoni għal binja ogħlja tmien sulari fid-daħla ta’ Ħal-Tarxien. Qiegħdin nagħmlu dan għaliex nemmnu li bini ta’ dan id-daqs imur kontra l-estetika mqabbla ma’ propjetajiet oħra f’Ħal-Tarxien, raħal fejn in-norma tal-bini ma’ jaqbiżx l-erba’ sulari.
Il-Kumitat Sezzjonali qal li filwaqt li m’huwiex kontra l-kunċett ta’ dar ta’ l-anzjani ġewwa Ħal-Tarxien, jemmen li minflok jingħata permess biex jitla bini ta’ madwar tmien sulari fid-daħla ta’ Ħal-Tarxien, hemm bżonn nagħmlu użu mill-ħafna bini vojt li jinsab ġewwa Ħal-Tarxien.
Minbarra dan, propjeta’ ta’ dan id-daqs tfisser fost ohrajn, problema akbar ta’ traffiku u ta’ parkeġġ għar-residenti tal-madwar. Għalhekk, il-Kumitat jistaqsi jekk sarietx ‘impact assessment’ taż-żona li fiha se jsir il-bini. X’impatt se jkun hemm fuq it-traffiku, fuq il-parkeġġ u fuq is-sistema tad-drenaġġ ta’ l-istess żona? Dawn jiġu aggravati jekk is-‘service road’ f’dawk l-inħawi tinbena u għalhekk ma’ tibqax teżisti.
Il-Kumitat sezzjonali iwiegħed li, bħala Kumitat Sezzjonali P.N. Tarxien kif ukoll bħala Kunsilliera Lokali tal-P.N., se jkunu qiegħdin isegwu din il-kwistjoni u jsemmgħu il-leħen tagħhom ir-Residenti Tarxiniżi, bil-kontra ta’ li għamel ħaddiehor li ħasel idejh u injora din il-kwistjoni.
//= $special ?>

