Fil-gazzetta Times of Malta tħabbar li ċ-Chairperson tal-Istitut għall-Edukazzjoni Claudine Cassar irriżenjat sena wara li kienet inħatret fil-kariga mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Meta kienet mistoqsija dwar jekk kellhiex nuqqas ta’ qbil mal-Kap Eżekuttiv tal-Istitut, Joanna Grima li nħatret mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, Claudine Cassar qalet li għalkemm jkun hemm nuqqas ta’ qbil f’kull istituzzjoni, hi rriżenjat għax kellha ħafna x’tagħmel u ma kellhiex ħin biżżejjed x’tiddedika għall-kariga tagħha.
Madankollu membru tal-Bord qal lit-Times li l-Istitut qatt ma qabad art u n-nuqqas ta’ qbil bejn iċ-Chairperson u l-Kap Eżekuttiv ma għenx din is-sitwazzjoni.
Cassar hi t-tieni persuna prominenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni li rriżenjat f’perjodu ta’ ftit xhur wara li Philip Rizzo kien irriżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada f’Diċembru wara li kien żvelat il-każ ta’ korruzzjoni u frodi fil-Fondazzjoni.
Ritratt: Times of Malta
//= $special ?>

