Lokali Saħħa

FILMAT: Studenti u professjonisti mediċi jipprotestaw dwar is-servizz tas-saħħa

Grupp ta’ studenti u anke professjonisti fil-qasam tas-saħħa li twaqqfu taħt l-isem Patients Not Profit qed jitolbu li jkun hemm trasparenza fil-kuntratti tal-privatizazzjoni tas-saħħa u li jkun hemm politika tas-saħħa pubblika ibbażata fuq l-evidenza u r-riċerka filwaqt li s-sistema tas-servizzi tas-saħħa tkun iffukata fuq il-pazjent u mhux fuq il-profitt.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret waqt attivita’ pubblika fi Pjazza de Valette fejn membri ta’ din l-organizazzjoni volontarja spjegaw l-iskop ta’ din l-inizjattiva.

Alex Clayman li hu student tal-mediċina fl-aħħar sena tal-kors qal li l-organizazzjoni twaqqfet wara li li l-Gvern ipprivatizza l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Iswptar Ġenerali ta’ Għawdex filwaqt li l-iskola medika li se titwaqqaf se tkun ta’ xkiel għas-sistema ta’ tagħlim eżistenti fil-qasam tas-saħħa għax din se tkun hemm biex tagħmel il-qligħ u dan jipperikolu l-futur tal-istudenti, tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u fl-aħħar mill-aħħar l-futur tal-istudenti.

Matthew Drake li wkoll hu student tal-mediċina fl-aħħar sena tal-kors qal li qal li hu ta’ diżappunt li hemm nuqqas kbir ta’ trasparenza fil-kuntratti dwar il-privatizazzjoni tal-isptarijiet. Hu fakkar li dawn l-isptarijiet inbnew u kienu qed jagħtu s-servizz bis-saħħa tat-taxxi li jħallas il-poplu Malti imma l-privat l-iskop tiegħu hu li jagħmel il-profitt u dan ifisser lui l-pazjent se jiħi wara l-profitt.

Hu saħaq li l-istat irid jaħdem biex itejjeb is-servizzi tas-saħħa u li dawn ikunu ta’ servizz għan-nies u mhux jipprivatizza l-qasam tas-saħħa.

Tags