Sport

Tenpin Bowling: Malta tirbaħ żewġ midalji oħra fil-Kampjonati tal-Mediterran

Mark Spiteri u Sue Abela jiċċelebraw

Waqt li bħalissa qed isiru l-Kampjonati Mediterranji tat-Tenpin Bowling, Malta kisbet żewġ midalji oħra. Mark Spiteri kiseb it-tielet post wara li rebaħ kontra l-plejer Grieg Evangelos Krizzini.

Sue Abela, meqjusa bħala r-Reġina tal-Mediterran lagħbet kontra l-Maltija ta’ 15-il sena Sara Xuereb, hawnhekk Abela għelbet lil Xuereb biex kwalifikat għas-semi finali, biex fis-semi finali hi għelbet il-plejer Ċiprijott u għaddiet għal finali. Fil-finali hi tilfet kontra l-Franċiż Alexandre Lopes biex b’hekk ġiet fit-tieni post u kisbet il-midalja tal-fidda.

Malta kklassifikat fl-ewwel post fil-klassifika globali wara li għelbet il-Greċja b’żewġ midalji tad-deheb b’vantaġġ.