Anzjana weġġgħet gravi wara li lbieraħ filgħaxija ttajret minn karozza f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:05p.m., fi Triq Mrabat, Sliema.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li vettura tat-tip Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena, residenti l-Imsida, laqtet lill-anzjana ta’ 81 sena, residenti tas-Sliema.
L-anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>