Illum hi l-ġurnata li fiha, fuq livell internazzjonali, nqajmu aktar għarfien dwar l-awtiżmu. Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista jsellem lil kull tifel u tifla, raġel u mara li qegħdin fuq l-ispetru tal-awtiżmu. Kull persuna għandha l-personalità tagħha, b’abilitajiet u sfidi bħalma għandna kollha kemm aħna. Il-Partit Nazzjonalista jagħraf ukoll l-impenn tal-ġenituri, l-għalliema, l-LSAs u carers li jagħmlu minn kollox sabiex anke dawn it-tfal jirnexxu.
Fid-diskors tagħha dalgħodu, x-Shadow Minister tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia faħħret lill-Università ta’ Malta talli għażlet li twettaq il-politika ta’ inklużjoni fl-edukazzjoni anke f’livell terzjarju u dan l-aħħar faslet it-triq sabiex anke persuni b’awtiżmu li jkunu għelbu sfidi fl-edukazzjoni jsibu bibien miftuħa fl-Università. Hi sostniet li hu importanti li jkun hemm investiment fl-edukaturi, jingħataw is-sapport u r-riżorsi kollha li għandhom bżonn biex iwaslu lil kull tifel u tifla biex jilħqu l-abiltajiet tagħhom.
Kull persuna li tikkontribwixxi fil-ħajja ta’ persuni bl-awtiżmu se ssib sapport fil-politika tal-Partit Nazzjonalista għax dan huwa l-partit tal-għaqda u s-solidarjetà fis-soċjetà Maltija.
//= $special ?>