B’rebħa ta’ 5-0 kontra Hearts, Celtic ġew inkurunati champions tal-Iskozja meta għal tmiem il-kampjonat fadal tmien partiti.
Din kienet is-sitt darba kosenkuttiva u l-48 darba li Celtic rebħu l-kampjonat u dan bla dubju juri d-dominju kbir ta’ dan it-tim li issa hu taħt it-tmexxija tal-ekskowċ ta’ Liverpool Brendan Rodgers. L-eroj tal-logħba kien Scott Sinclair li skurja hat-trick.
Ta’ min jinnota li jekk Celtic jirbħu l-partiti kollha li fadal jiġbru total ta’ 103 punti u dan ikun rekord għalihom u rekord tal-kampjonat.
//= $special ?>