Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jiftaħar b’surplus li ġab pajjiżna iżda ma jgħidx li biex għamel dan qata’ mill-ispejjeż fuq proġetti nazzjonali.
Qal dan il-kelliem tal-Oppożizzjoni Clyde Puli waqt id-diskors tiegħu f’attivita politika f’Ħad-Dingli li saret fi tmiem ġimgħa impenjattiva fejn il-familja tal-Partit Popolari Ewropew iltaqa’ f’Malta biex jiddiskuti l-futur tal-istess partit u tal-Ewropa. Clyde Puli rrimarka li biex Muscat laħaq dan it-tragward kellu bżonn il-flus li l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi ġab mill-Ewropa. Puli fakkar li pajjiżna ġab ħafna surplus ieħor inkluż fil-korruzzjoni, għaliex pajjiżna sar jitmexxa mill-iktar Gvern korrott li qatt kellna fl-istorja.
U waqt ġimgha importanti bħal din għall-Partit Nazzjonalista u pajjiżna, iċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir irriżenjat, il-Gvern Laburista kompla jgħaddas rasu bil-liġi kontra l-midja u iktar nies tal-qalba komplew igawdu.
//= $special ?>