L-attenzjoni prinċipali din il-ġimgħa kienet fuq il-logħbiet tan-Knock Out, b’Marsascala Construct Furniture, Luxol, Valletta u Hamrun Tre Angeli li għamluha għas-semifinali.
Fl-ewwel logħba li kellna din il-ġimgħa, Marsascala Construct Furniture għelbu lil Safi San Lorenzo bl-iskor ta’ 5-3. It-tim ta’ Marsascala kiseb vantaġġ doppju fl-ewwel minuta permezz ta’ Franklin Abela. Reuben Degabriele għamilhom 3-0 u hekk baqa’ r-riżultat sa tmiem l-ewwel taqsima.
Fil-bidu tat-tieni taqsima, Marsascala Construct Furniture komplew ikabbru r-riżultat permezz ta’ Johann Callus li wara li qabeż żewġ plejers għeleb lil gowlkiper Ian Farrugia. Franklin Seisun u Sean Vella naqsu l-iskor għal Safi San Lorenzo, filwaqt li Justin Mifsud għamilhom 5-2. Kien hawn li Reuben Vella ħareġ bħala flying keeper u din il-mossa ħadmet tajjeb għaliex fl-aħħar minuta Nathanael Borg skurja t-tielet gowl għal Safi San Lorenzo.
It-tim tal-Università li fil-ġimgħat li għaddew kellu wirjiet impressjonanti, ma kienx b’saħħtu biżżejjed kontra l-qawwa tat-tim ta’ Luxol. Wara li Luxol tilfu l-aħħar konfront fil-kampjonat kontra Valletta, riedu jaċċertaw posthom fis-semifinali. L-għaxar gowls bla risposta ta’ Luxol waslu mingħand tripletta ta’ William Barbosa li reġa rritorna ma’ Luxol, tripletta oħra ta’ Dejan Bizjak, doppjetta ta’ Andy Mangion u gowl kull wieħed għal Zvezdan Vukovic u Mark Zammit.
F’konfront aktar bilanċjat u mill-aktar spettakolari, Valletta wkoll għaddew għas-semifinali meta għelbu lil Swieqi bl-iskor ta’ 5-3.
Għall-Beltin kellna doppjetta ta’ Jovica Milijic u gowls ta’ Xavier Saliba, Daniel Aguilera Puerto u Raphael Felipe Ortiz de Oliveira. Swieqi naqsu l-iskor permezz ta’ Dexter O’Brien, Veselin Gerenski u gowl mill-isbaħ ta’ Boicho Marev.
Intant Hamrun Tre Angeli għaddew ukoll għas-semifinali meta għelbu lil Msida SJ bl-iskor ta’ 6-5. Għal Hamrun Tre Angeli kellna tripletta ta’ Everton Da Silva Santos u gowl kull wieħed għal Daniel Mifsud, Frank Paul Azzopardi u Florin Anton.
Il-Misidjani naqsu l-iskor b’doppjetti ta’ Liam Cachia u Mohammed Lamari, flimkien mal-gowl ta’ Floren Manea.
Mill-ewwel rawnd tal-Gatorade Futsal League kien fadal l-aħħar logħba, fejn fiha Qrendi u Qormi ħadu punt kull wieħed, f’logħba li ntemmet bir-riżultat ta’ 5-5.
Għal Qrendi kellna doppjetti għal Craig Pickard u Antonello Brincat flimkien mal-gowl ta’ Alan Spiteri. Għal Qormi kellna doppjetti ta’ George Chircop u Antoine Galea flimkien mal-gowl ta’ James Tabone.
//= $special ?>