Il-familja ta’ barman ta’ 28 sena li lbieraħ weġġa’ gravi fi stabbiliment tad-divertiment fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar, qed jappellaw għall-informazzjoni dwar iż-żewġ żgħażagħ li attakkawh.
Jirriżulta li l-agressuri faqgħu tazza f’wiċċ il-vittma, bil-konsegwenza li sofra ġrieħi f’għajnejh u f’wiċċu. Wara l-agressjoni, li seħħet għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, iż-żewġt irġiel ħarbu min fuq il-post.
Min għandu xi informazzjoni jsita’ jgħaddiha b’mod anonimu lill-Pulizija, jew inkella lil dan l-istazzjon. L-informazzjoni li taslilna tiġi mgħoddija lill-awtoritajiet b’kunfidenzjalità.
//= $special ?>

