F’pajjiżna l-iktar mexxejja influwenti Ewropej ippjanaw il-futur tal-Ewropa u Simon Busuttil ġab lejn pajjiżna mal-1,500 delegat u 200 ġurnalist internazzjonali li faħħru lill-pajjiżna fl-istess waqt li Joseph Muscat jgħajjarna negattivi, u kien mehdi jipprova jieħu ritratti mal-mexxejja barranin.
Iddikjarat dan il-membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia, li wkoll indirizzat lil dawk prezenti fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista f’Ħad-Dingli.
Therese Comodini Cachia fissret lil Simon Busuttil bħala mexxej ghal pajjizna, li jimxi bil-għaqal, b’onestà, li jiltaqa’ man-nies u jipprova jsib soluzzjoni biex il-Maltin u Għawdxin jimxu triq onestà fejn kull wieħed minnha jista’ jasal u l-ġid jitqassam b’mod ugwali.
Hi sellmet lill-persuni bl-awtiżmu, lill-ġenituri tagħhom u lill-Università ta’ Malta li issa qed tagħmel possibbli li persuni fuq l-ispettru tal-awtiżmu ikomplu bl-istudju tagħhom anke fil-livell terzarju.
//= $special ?>

