Il-poplu tas-Serbja ivvota f’elezzjoni għall-Presidenza fejn il-Prim Ministru Aleksandar Vucic, eks-ultranazzjonalista li illum jiffavorixxi lill-Unjoni Ewropea, qed jidher bħala l-favorit li jirbaħ il-Presidenza fil-konfront ta’ 10 kandidati tal-Oppożizzjoni.
Filwaqt li r-riżultati għadhom mhumiex magħrufa, Vucic jista’ jitlef mis-saħħa politika tiegħu f’sitwazzjoni fejn hu joħroġx rebbieħ fuq l-avversarji fl-ewwel round tal-votazzjoni. Dan meta Vucic jeħtieġ jikseb aktar minn 50 fil-mija tal-vot popolari biex jevita tieni proċess tal-votazzjoni, li jsir fis-16 ta’ April. L-isfidanti ewlenin għal Vucic jinkludu lill-eks Ministru Serb għall-Affarijiet Barranin, Vuk Jeremic u l-eks Viċi-Prim Ministru, Vojislav Seselj, li, fil-passat, kien ipproċessat għal reati tal-gwerra.
//= $special ?>