Dalgħodu f’Ta’ Xbiex qed issir protesta kontra l-moħqrija tal-annimali. Protesta li l-għan tagħha hu li jżidu l-pressjoni fuq il-Gvern biex jiżdiedu l-pieni għall-moħqrija tal-annimali.
Il-protesta qed tkun organizzata minn Animal Protectors Malta li l-fundatur tagħha hu Mikel St John.
Il-Fundatur ħabbar li saret petizzjoni u fiha nġabru aktar minn 9,000 firma u li l-pass li jmiss issa hu li l-petizzjoni tiġi ppreżentata lill-Prim Ministru.
F’isem l-oppożizzjoni għall-protesta qed tattendi l-President tal-FOIPN Graziella Attard Previ.
//= $special ?>




