Illum, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li żagħżugħ t’20 sena, residenti l-Gżira, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, ħabat ma’ crash barrier u waqa’.
Il-mutur, tat-tip Aprilia RS 125, kien qiegħed jinstaq fid-direzzjoni lejn San Ġiljan, meta seħħ l-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investitgazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>