Johanna Kontra rebħet l-Open ta’ Miami meta fil-finali għelbet lil Caroline Wozniacki. Grazzi għar-rebħa ta’ 6-4, 6-3 issa saret l-ewwel tennista mir-Renju Unit li rebħet dan l-unur.
Konta, li f’Ġunju tal-2015 kienet tinsab fil-146 post f’dawk li huma rankings mondjali issa se titla’ fis-seba’ post fir-rankings.
Minbarra l-progress li se tagħmel fir-rankings irċiviet is-somma ta’ 940 elf lira sterlina.
Dan it-titlu kien it-tielet titlu tal-WTA li rebħet Konta minn erba’ finali li lagħbet fihom. L-ewwel titlu tal-WTA li rebħet wasal f’Lulju tal-2016 u f’Ottubru tal-istess sena sofriet telfa fl-Open taċ-Ċina. Hi rritornat għar-rebħ f’Jannar ta’ din is-sena u lbieraħ kompliet minn fejn ħalliet.
Ir-rebħa kontra Wozniacki kienet it-tieni waħda li kisbet kontriha fil-karriera tagħha. L-ewwel rebħa kienet waslet fl-Open tal-Awstralja li sar din is-sena.
Minn naħa l-oħra, t-telfa li sofriet Wozniacki kienet it-tielet waħda li sofriet din is-sena. Hi tilfet kontra Elina Svitolina fil-Kampjonat ta’ Dubaj u kontra Karolina Pliskova fl-Open tal-Qatar.
//= $special ?>