Waqt il-partita tal-bieraħ bejn Sliema Wanderers u St.Andrews valida mill-kampjonat Premier, li ntlagħbet fil-Hibs Stadium, żewġ plejers Marko Potezika u Jonathan Pearson spiċċaw misruqa waqt li kienu qed jilgħabu.
Fil-fatt il-partita bdiet fis-18:00 u jirriżulta li f’xi ħin bejn il-5pm u t-8:30p.m. il-karozzi tal-plejers ta’ Sliema, li kienu pparkjati fit-triq li tagħti għall-entratura tal-ground, spiċċaw misruqa.
Kien wara l-partita, li waqt li l-plejers kienu qed jiċċelebraw ir-rebħa ta’ 4-1 kontra St.Andrews, indunaw b’dak li kien ġara hekk kif sabu l-ħġieġ tal-karozzi tagħhom imkisser.
Jirriżulta li f’din iż-żona is-serq mill-karozzi qed ikun regolari, b’mod speċjali meta jkun hemm partiti fil-Hibs ground.
Il-kumitat tas-Sliema qed jitlob biex kull min għandu xi informazzjoni jagħmel kuntatt mal-Pulizija.
//= $special ?>