Il-KSU, flimkien mal-Kummissjonijiet għall-Edukazzjoni u l-Politika Soċjali, taw is-sostenn tagħhom għall-prinċipji li qed iressaq quddiem il-lobby group Patient not Profits.
Il-Prinċipji huma tlieta fejn qed jisħqu li l-pazjent għandu jkun fiċ-ċentru tas-sistema tas-saħħa u mhux il-profitt, li jkun hemm aktar trasparenza fejn jidħlu ftehim rigward is-saħħa – bil-għan li l-eżigenzi tal-pazjenti u l-ħaddiema jkunu siguri kif ukoll li s-saħħa pubbliku tkun bbażata fuq prinċipji xjentifiċi u informazzjoni approprjata.
Fi stqarrija l-Kunsill Studenti Universitarji spjegaw li huma qablu ma’ dawn il-prinċipji b’solidarjetà mal-istudenti li għandhom x’jaqsmu mal-kura tas-saħħa, li preżentament jaf huma żvantaġjati mal-bidliet proposti fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa f’Malta.
Huma sostnew li l-kummissjonijiet jemmnu li dawn it-tlett prinċipji jafu jaffettwaw direttament ukoll lill-istudenti li jattendu l-Università ta’ Malta minħabba l-impatt li taf iġġib magħha din il-bidla.
Għaldaqstant il-KSU spjegaw li l-prinċipji li l-PNP proponew iservu bħala gwida dwar kif is-servizzi tas-saħħa f’Malta għandhom joperaw filwaqt li insistew li hemm bżonn ta’ aktar trasparenza.
//= $special ?>

