Knisja

‘Danusan’ b’donazzjoni lis-sorijiet Franġiskani fl-Imsida

Daniel Chircop u Chrysander Agius bid-donazzjonijiet tagħhom għand is-sorijiet

Is-sale ta’ Danusan jasal fi tmiemu bl-aħħar rappreżentazzoni kienet fl-16:00 nhar it-2 t’ April. Kull min ġie jara x-xow intalab biex ġentilment jagħti donazzjoni żgħira lil Hospice Malta jew inkella lil MISSIO – l-uffiċju missjunarju f’Malta w Għawdex.

Bħala parti mis-sett tax-xow,  kien hemm bosta prodotti li inizzjalment ingħataw sabiex jintlew xkaffef li dehru bħala supermarket. Dawn l-istess prodotti iktar tard fuq idea ta’ Daniel Chircop, ingħataw kollha kemm huma lis-sorijiet Franġiskani tal-qalb ta’ Ġesu, Msida.

Fost il-prodotti kien hemm affarijiet għat-trabi offruti lilhom grazzi għal Vivian Corporation, importaturi ta’ Plasmon u Chicco fost oħrajn.

Pavi u Pama kienu dawk li offrew prodotti li jistgħu jużaw fil-kċina taghhom.

General Soft Drinks ukoll offrew bosta pakketti ta’ CoCa  Cola, Sprite etc.

Kenneth Hardware store u Tal-LIRA jumbo stores taw prodotti li se jkunu utli meta jiġu biex jinbiegħu waqt bazaar li jorganizzaw is-sorijiet.

Malta Public Transport offriet bosta basktijiet tad-drapp li wkoll se jiġu użati minn dawn is-sorijiet.

Meli Car Rentals provda l-vann li bih inġarru.

Dan kollu jammonta għal qrib it-3,000 f’valur. Missio rċeviet €4,208 u Hospice Malta €1,995. Id-Danusan f’isem l-entitajiet kollha li kienu nvoluti biex inġabret din is-somma, jixtiequ jirringrazzjaw mil-qalb lin-nies kollha li kkontribwixxew bi ħġarhom.

‘Grazzi għax apparti milli dħakna u ħadna gost flimkien, nistgħu ngħidu li għamilna wkoll, il-ġid.’ – DANUSAN

Tags