Lokali Parlament

Gvern b’liġi dwar l-artijiet li se tnaqqas id-drittijiet taċ-ċittadin

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li bil-Liġi dwar l-Artijiet tal-Gvern il-gvern se jkun qed inaqqas id-drittijiet taċ-ċittadini u jikseb iktar poteri.

Ryan Callus qal li dan mhux il-mod kif isiru l-affrrijiet fejn l-Oppożizzjoni qed tkun miltuba tikkummenta fuq liġi ta’ importanza kbira dwar l-għoti tal-art meta din ingħatat biss ġimgħa qabel lill-Oppożizzjoni.

Minkejja dan l-Oppożizzjoni wettqet dmirha għaliex il-bidliet mil-liġijiet preżenti huma kbar. L-Oppożizzjoni kienet lesta li tkun fuq il-bord tal-gvernaturi anzi riedet li dan ikun inidpendenti iżda l-gvern qed jaħtar tmien membri minn disa’.

Il-gvern ried li l-Oppożizzjoni tkun miegħu meta jgħaffeġ u għalhekk ma setgħetx taċċetta. L-Oppożizzjoni pproponiet li jkun hemm nomini mill-kmamar tal-periti, tal-avukati u tal-awdituri flok jinħatru mis-segretarju parlamentari. Dawn kien proposti favur it-trasparenza iżda l-gvern ma riedx jisma u għalhekk m jitsax jaċċeteta li l-Oppożizzjoni tkun parteċipi fl-iskandli tal-gvern.

Dwar il-poter ta’ żgumbrament, Ryan Caallus qal li dan ma jistax isir meta tkun trattat titlu ta’ ċens. Il-liġi qed tipproponi li l-iżgumaramet ikun stiħ għa’ min għandu titlu ta’ ċens. Il-gvern lil min irid jieħu l-orti dwar nquqas ta’ ħlas ta’ ċens għax lill-GWU ma ħaduhomx meta kisru l-kuntratt taċ-ċens.

Hu qal li m’għandux ikun li notifika ta’ żgumbarment twassal biex persuna titlef id-drit tat-titlu. Il-proċedura qed tinbidel għall-artijiet tal-gvern biex b’hekk se jinħoloq settur ta’ min għandu artijiet tal-gvern u s-settur ta’ min għandu ċens mingħand il-privat. Fil-każ tal-privtt kollox se jibqa’ kif inhu iżda l-id b’saħħitha tal-gvern se titfa’ n-nies barra fit-triq.

Min kellu titlu jrid jiftaħ kawża l-qorti biex jiddefendi kontra l-allegazzjonijiet tal-gvern. Dan qed ifisser piżijiet ġodda fuq in-nies fejn issa jrid ikun iċ-ċittadin li jrid jiftaħ il-kawżi hu biex jiddefendu d-drittijiet li huma tiegħu.

L-Awtorità se tkun prosekutur, imħallef u ġuri fl-istess ħin. Dwar min jaqa’ lura fl-ħlasijiet tal-arretrati, id-deputat Nazzjonalista semma diversi każi ta’ nies li jkollhom diffikultajiet u jaqgħu lura fil-ħlasijiet u kompla li issa bl-ordni miċ-chairperson, il-persuna tispiċċa barra.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din hi emenda li l-Oppożizzjoni ma taqbilx magħha. Hu tkellem dwar il-mod kif il-propjetà tal-gvern tingħadda lill-privat fejn hemm numru ta’ possibbiltajiet. Jidher li m’hemmx bdil dwar kif kienu jsiru l-affraijiet qabel. Is-sejħa għall-offerti għat-trasferiment tal-art mhux tkun imtejba.

Il-gvern hu fl-obbligu li meta jbigħ jew jagħmel kirja jġib l-aħjar prezz u mhux isir li jrid mill-art tal-gvern. L-Atworità għandha tagħmel kampanja serja meta totħroġ sejħa u mhux tkun biss f’żewġ ġurnali u f’gazzetta waħda l-Ħadd.

Dan mhux biżżejjed, sostna id-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-Awtorità tal-Artijiet għandha tamministra l-art bi trasparenza u fl-aħjar interess tan-nies. Hu sema l-każ tal-ITS u staqsa għaliex applikat persuna waħda biss għal din l-art.

Ryan Callus qal li għandu jkun stabbilit kemm damet miftuħa l-offerta u meta din inħarġet. Kine porpjuu għalhekk ili ntefgħet offerta waħda u ma kinx hemm iktar offerti. Dan wassal biex art li tiswa l-miljun ingħatat bi prezz ħafna inferjuri. Il-gvern irid jagħti l-artijiet li min iridu, sostna Ryan Callus, li qal li l-Opożizzjoni qed tipproponi modi kif tiżdied it-trasparenza għal iktar pubblikazzjoni ta’ offerti fuq il-ġurnali.

Dwar il-metodu ta’ trasferiment tal-art tal-Gvern, Ryan Callus qal li l-liġi issa tispeċiifka li art max-xatt jew post ieħor li fuqhaainbniet binja tista’ tingħata b’ċens jew kirja bla offerta. Dan ifisser li persuna li bniet bla titlu fuq propjeta pubblika issa se jkun rikonoxxut bit-titlu. Din mhix ġustizzja, sostna Ryan Callus li qal li l-gvern se jippremja lil min abbuża mill-artijiet tal-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din hi inaċċettabbli għaliex il-gvern m’għandux jippremja lil min seraq art pubblika. Hi inaċċettabbli li l-ministru jista’ jagħmel regoli hu stess kif jagħti l-art tal-gvern mingħajr ħtieġa li jmur il-parlament.

Ryan Callus kompla li hu inaċċettabbli li l-ministru jkollu l-poter li jagħmel ir-regoli u din se twassal għal tbagħabis fl-għoti tal-artijiet tal-gvern.

Meta semma d-dikjarazzjoni tal-President fuq l-espropju, id-deputat Nazzjonalista qal li dan il-poter se jingħata lill-bord tal-gvernaturi. Hu qal li l-Presidenza m’għandhiex tiddaħħal fi skandli żejda għaliex l-importanza hi x’ikun sar qabel fit-tgħaġina qabel tkun iffirmata d-dikjarazzjoni. Għandu jkun evitat li l-Presidenza tiddaħħal fi skandli politiċi bla bżonn. L-Oppożizzjoni tilqa’ din il-proposta għalkemm iċ-Chairman se jkollu iktar poteri. Hu għalhekk importanti li min jinħatar fil-bord ikollu l-appoġġ wiesa’.

Bħalissa m’hemmx żmien preskrittiv dwar il-kumpens għall-espropju għaliex it-titlu hu tal-persuna. Iżda issa l-gvern qed jgħid li jekk il-persuna ma tikkontestax ħames snin, il-persuna titlef it-titlu. Din hi inġustizzja għaliex il-gvern m’għandux jieħu artijiet. L-individwu għandu jkun kumpensat meta jseħħu dawn il-każi għaliex iċ-ċittadini qed ikollhom drittijiet iqnas. L-Opożizzjoni ma taqbilx mal-preskrizzjoni.

Ryan Callus qal li hu tajjeb li wara 10 snin il-gvern irid jiddeċiedi x’jagħmel bl-artijiet. Dwar il-valutazzjoni ta’ €450,000 ‘l fuq, l-Oppożizzjoni qed tipproponi li dan jonqos għal €250,000. Kull transazzjoni ta’ artijiet jekk tkun iktar minn €250,000 din titlob tlett perizja.

Hu staqsa min se jiddeterimna l-valur għaliex l-liġi ma tagħmilx dan b’mod ċar. Din għandha tkun ċara biex jitneħħa l-abbuż, sostna Ryan Callus, li tkellem dwar l-artijiet ta’ Sports Malta u għaliex dawn tħallew barra.

Hu semma l-iżgumbrment u appella biex ikun hemm minimu ta’ żmien ġust u għalhekk l-Oppożizzjoni qed tipproponi 30 ġurnata. Fil-każ fejn kuntratt jinħall abbużivament, Ryna Callus qal li hu tajjeb li jkun hemm danni iżda mux stabbilit x’jiġri mill-fond.

Ryan Callus qal li l-entitajiet li jingħataw art għandu jkollhom l-obbligu kif se jiddisponu minnhom. Fil-liġi jissemma l-mod kif l-art tingħata għal skopijiet industrijali u qal li għandha titneħħa mil-liġi l-għażla li d-Dipartiment tal-Artijiet jagħtu artjiet għal skop industrijali għaliex din hi responsabbiltà tal-Malta Industrijali Parks.

Hu semma l-House of Four Winds fejn intużat din il-klawsola biex ingħatat lill-BOV għaliex intqal li din hi fabbrika. Din it-transazzjoni ma setgħet qatt tingħata skont din il-liġi għax m’hemmx porġetti industirjali fiha.

L-Opożizzjoni qed tipproponi li l-possibbiltà li tingħata art għal skop industtijali tkun tal-Malta Industrial Park su mhux tad-Dipartiment tal-Artijiet. Hu ħa’in li ma ssirx site plan tad-dikjarazzjonijiet fejn jinħarġu għaliex dan hu nuqqas ta’ trasparenza b’potenzjal ta’ korruzzjoni. Dan mhux aċċettabbli. Il-Bord tal-Arbitraġġ qed jingħad li se jinħatar mill-Presidenza u ma jingħadx li se jkun hemm konsultazzjoni.

Il-liġi tispeċifika li kull fejn il-President irid jaħtar nomini, dan irid isir wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Ġustizzja. Il-Bord tal-Arbitraġġ m’għandux ikun maħtur mill-President u għalhekk l-Oppożizzjoni qed tipproponi li dan il-bord jinħatar mill-Prim Imħallef biex l-imparzjalità tkun garantita.

Dawn huma punt ta’ prinċipju importanti ħafna għaliex fl-abbozz hemm punti li qed inaqqsu d-drittijiet taċ-ċittadini u mhux iżidhom. Għalhekk il-gvern għandu jaċċetta l-proposti ta’ prinċipju li qed tressaq l-Oppożizzjoni biex il-liġi tgħaddi bi qbil bejn iż-żewġ naħat. Il-pubbliku qed jistenna azzjoni mid-Dipartiment tal-Artijiet dwar l-iskema tal-kirijiet ‘l barra mill-Belt.

Hu tkellem dwar il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Artijiet u qal li dawn għaddej minn diffikultajiet minħabba l-iskandli li twettqu fid-dipartiment Dwan wassal għal nuqqas ta’ motivazzjoni fejn persuni li llum għandhom karigi ewlenin u kienu lesti jokkupaw karigi importanti iżda sfortunament il-gvern kellu jagħti pirjoritajiet lil ħaddieħor.