“Ieqfu vvintaw stejjer u ħallu lill-awtoritajiet jagħmlu xogħlhom.” Dan kitbitu l-kantanta Maltija Claudia Faniello fuq il-profil tagħha ta’ Facebook wara li iktar kmieni bdiet tixxerred l-aħbar li l-kitarrist tagħha qala’ daqqa f’għajnu u għama minnha.
L-aħbar bdiet tixxerred hekk kif bdew jixxerrdu ritratti tal-persuni li tat id-daqqa sabiex in-nies tidentifikah u b’hekk tkun qed tgħin lill-Pulizija. L-inċident seħħ il-Qawra meta Ryan kien qed jaħdem bħala barman u spiċċa bi ġrieħi gravi f’għajnu.
Fuq Facebook, il-kantanta Maltija kompliet tgħid li f’mumenti sensittivi bħal dawn għandna nempatizzaw mal-familja ta’ Ryan u miegħu nniffsu minflok noqgħodu nivvintaw qlajjiet dwar dak li ġara. Filfatt hi talbet lill-pubbliku sabiex ikellmu lill-pulizija jekk ikollhom xi informazzjoni dwar dan l-inċident.
Hi spiċċat il-messaġġ tagħha b’dawn il-kliem “Inħobbok, inti qisek ħija għalija. Ma nistax inkun hemm bħalissa imma tinsab f’moħħi l-ħin kollu.”
//= $special ?>