Il-Gvern joħroġ aktar minn €900,000 f’direct orders lill-istess kumpanija

Is-sistema l-ġdida ta' interrogazzjoni fl-għases tal-Pulizija
Dawn id-direct orders ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi fit-28 ta' Novembru li għadda.

Ingħata direct order ta’  €880,000 lill-kumpanija sabiex tbiddel u tinstalla network fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u ċ-Ċentru li jilqa’ żgħażagħ. Dan in-network sar sabiex ikun jista’ jsir sorveljanza aħjar tan-nies li jkunu qed jinżammu f’dawn il-postijiet. Dan jirriżulta minn tweġiba tal-Ministru tal-Intern Carmelo Abela meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonlaista Jason Azzopardi li staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jelenka d-direct orders li ngħataw.

Apparti minn hekk, mit-tweġiba ħareġ ukoll li l-istess kumpanija ingħatat direct order oħra, din id-darba €35,623.55, għall-provista u installazzjoni ta’ tagħmir għall-interrogazzjoni fi tmien għases tal-Pulizija.

Dawn id-direct orders ingħataw lill-kumpanija Infinite Fusion Technologies Ltd ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi fit-28 ta’ Novembru li għadda.

Il-Gvern ta direct order ta’ €880,000 għal xogħol li sar fil-Ħabs.