Lokali

Il-pont il-ġdid tal-Imrieħel se jissemma għal Emma u Graziella, vittmi tal-istess triq

Din l-aħbar ħarġet fil-Parlament mill-Ministru Joe Mizzi

Il-pont li qed jinbena fl-Imrieħel jaf ikun imsemmi għal Emma Housley u Graziella Fenech, iż-żewġ vittmi li kienu tilfu ħajjithom fl-istess triq f’Awwissu tal-2005. Iż-żewġ tfajliet mietu f’inċident tat-traffiku waqt li kienu qed jaqsmu l-by-pass tal-Imrieħel.

Din l-aħbar ħarġet mill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura, Joe Mizzi hekk kif kien qed jitkellem fil-Parlament.