Lokali

Ippublikati ritratti ġodda tal-allegat agressur li faqa’ tazza f’wiċċ barman u għamieh

Is-serb li allegatament faqa' tazza tal-ħġieġ f'wiċċ Ryan Magro

Ħbieb u qraba ta’ Ryan Magro, missier u barman tal-istabbiliment Munchies f’Buġibba li aktarx jitlef id-dawl minn għajnu, ippublikaw ritratt ġdid li juri lill-allegat agressur li faqgħalu tazza f’wiċċu għal xejn b’xejn.

Kien fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li l-propjetarji tal-istabbiliment talbu lil raġel li kien qed jixrob biex iħalli l-post minħabba li kien qed jikkawża diżordni. Filwaqt li dan deher ħiereġ, ħabib tiegħu mar minn wara Ryan u kisser tazza f’wiċċu.

Dan bil-konsegwenza li Ryan sofra ġrieħi gravi f’wiċċu u f’għajnejh, fejn saħansitra nstab li biċċa ħġieġa ċarrtitlu r-retina u aktarx jitlef id-dawl minnha. Hu ġie operat u mistenni jkollu intervent mediku ieħor fil-jiem li ġejjin.