Kmieni dalgħodu żewġ karozzi oħra nqerdu b’nar, din id-darba fi Triq il-Laqxija f’Birkirkara.
Residenti li tkellmu ma’ Net News qalulna li għall-ħabta tal-4:30 semgħu xi ħsejjes u ftit sekondi wara rrealiżżaw li kienu l-karozzi qed jinħarqu. Il-Karozzi kienu tat-tip BMW u Toyota Corolla.
Fuq il-post waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien kif ukoll Pulizija.
//= $special ?>