Lokali

Jirriżenja l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Marc Sant ingħata kariga fis-settur pubbliku

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Marc Sant, irriżenja mill-kariga. Dan hekk kif ingħata kariga fis-settur pubbliku. Hu rriżenja wkoll minn Kunsillier Laburist tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija. Marc Sant kemm-il darba semma’ fl-aħbarijiet u dan minħabba diżwig li ġieli nqala’ bejnu u bejn il-Kunsillier Laburista tas-Swieqi Mario Fava.

Kien permezz ta’ ittra li Sant informa lis-Sindki u Kunsillieri Segretarji Eżekuttivi bir-riżenja tiegħu.

Ftit tal-ġimgħat ilu fil-gazzetta l-mument ġie rrapurtat li Marc Sant, li jiġi n-neputi tal-ex mexxej Laburista Alfred Sant, kien sfida lil Mario Fava jgħid bil-miktub x’qed jagħmel biex jiġġustifika l-onorarja li qed jieħu mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Fava li hu membru tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista hu wkoll membru fl-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li tagħha Sant hu President.