– Jason Azzopardi, PN
Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qal li l-abbozz ta’ liġi dwar l-artijiet tal-gvern fih elementi soċjalment inġusti, politikament ipokriti u legalment żbaljati.
F’diskors fil-parlament hu qal li hemm veritajiet oħra fl-abbozz li jimirħu minn taħt flimkien ma’ elementi perikolużi u tal-waħx li l-aħħar li intużaw kien fl-1980.
Dwar l-iżgumbramenti, Jason Azzopardi qal li l-abbozz jgħid li l-gvern jista’ jordna żgumbrament ta’ kull persuna minn kull art minkejja li din ikollha titolu validu. Dan meta jonqos li jħallas żewġ pagamenti u xi termini oħra jew jikser kundizzjoni waħda.
Wara din il-liġi l-gvern ħa f’idejh poteri li qabel ma kellux. Mhux veru li dan hu gvern liberali. B’ittra uffiċjali l-gvern issa jista’ jiftaħ kawża kontra ċ-ċittadin. Din hi inġusta soċjalment u hi perikoluża, sostna Jason Azzoaprdi, li kompla li din hi diskriminatorja.
Id-deputat Nazzjonalista qal li d-diskriminazzjoni tirriżulta mill-Konvenzjoni Ewropea dwar it-tgawdija tal-propjetà u mir-ratifika tal-Konvenzjoni Ewropea kontra d-diskriminazzjoni. Il-gvern qed joħloq diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadin. Hemm ukoll sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali li jispeċifikaw li dan hu abbozz illegali.
Hu semma l-boat houses u qal li l-abbozz qed jagħti poter lill-Awtorità biex tagħti ċens li jiġġedded. Din se tagħti poter lil min abbuża. Il-PL ħalla l-propjetà tal-Autsralia Hall tispiċċa billi ħalliha abbanudanata u kiser il-kuntratt. Immaġina x’kien jgħid il-PL kieku l-Gvern Nazzjonalista waqqa’ l-kuntratt mal-PL b’ittra uffiċjali. Din hi propjetà li tiswa €10 miljuni.
Dan hu abbozz ta’ ipokresija politika kbira, sostna Jason Azzopardi, li kompla li l-GWU ma kellha l-ebda dritt li tissulloka l-propjetà tagħha lill-Arms. Dan l-abbozz issa qed jagħti raġun lill-PN. Hu qal li d-dekadenza ta’ ħames snin hi inkwetanti fejn sal-lum il-pubbliku kellu żmien mhux limitat li snin twal ilu l-
gvern ħa l-propjetà. Il-pubbliku żgur li se jagħmel kawża kostituzzjonali dwar dan.
Issa m’hemmx preskrizzjoni iżda l-pubbliku għandu biss ħames snin dekadenza. Il-Gvern jinsab f’pożizzjoni superjuri. Hu inġust ukoll li f’avviż pubbliku fil-gazzetta tal-gvern mill-Awtorità l-liġi tista’ tinbidel bla ma tmur il-parlament. Dan hu poter li se jkollu l-ministru fuq il-propjetà.
Jason Azzopardi qal li l-gvern qed jipproponi li l-kawżi jinqatgħu fi żmien erba’ xhur meta dan mhux possibbli.
//= $special ?>