Lokali

“Ma nistax nemmen li ħallejtna f’idejja” – oħt iż-żagħżugħ li nqatel

Għodwa iebsa għall-familjari u l-qraba ta’ Brandon Pace, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena li nqatel kiesaħ u biered ilbieraħ.

“Inħobbok. Kont, għadni u nibqa'” kitbet oħt il-vittma fuq Facebook. “Ma nistax nemmen li ħallejtna f’idejja” żiedet tgħid, wara l-weġgħa tal-bieraħ fejn ħuha miet f’idejha.

Dalgħodu l-gazzetta In-Nazzjon irrappurtat li kien argument bejn żewġ familji li lbieraħ wassal biex ma’ nżul ix-xemx, Brandon Pace qala’ daqqiet ta’ sikkina u b’biċċiet tal-madum li kienu fatali.

Skont In-Nazzjon, l-argument kien dwar tfajla li kienet qed toħroġ mal-vittma u li fl-istess waqt kienet omm ta’ tifel ċkejken tal-agressur, Kurt Grech. Skont l-istess rapport, l-inċident beda fuq Facebook xi jiem ilu u laħaq il-qofol ilbieraħ fl-inċident li xxukkja lill-ħbieb u l-qraba ta’ Brandon Pace.