Ftit tal-ħin ilu beda jixxerred artiklu falz fejn fih kien hemm miktub li s-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, miet.
Din l-aħbar hi waħda falza. Filfatt, Edgar Preca nniffsu xerred dan l-artiklu fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook u kiteb “Grazzi Mulej għadni ħaj”. Intant, l-Uffiċċju tal-President ukoll ħarġu stqarrija li fiha qalu li s-Sur Edgar Preca jinsab tajjeb u għalhekk jikkonferma li l-aħbar mxerrda hi waħda falza.
L-artiklu falz jgħid li s-Sur Preca miet wara wġieħ li ħass fl-istonku. Madanakollu din hi waħda minn sensiela ta’ aħbarijiet li siti internazzjonali jagħmlu sabiex jippruvaw jattiraw iktar segwaċi fuq il-website tagħhom u b’hekk jiġġeneraw aktar flus.
//= $special ?>