Internazzjonali

RITRATT: Il-wiċċ wara l-attakk f’San Pietruburgu

L-awtoritajiet Russi qed iqisu dawn l-isplużjonijiet bħala att terroristiku

Filmati mill-kameras tas-sigurta’ kixfu l-identita’ tal-persuna li possibilment wettaq l-attakk tal-lum fil-metro ta’ San Pietruburgu.

Ir-ritratti u l-filmati ppubblikati fl-aħħar minuti juru raġel pjuttost żgħir fl-eta’, bil-leħja u b’kappa fuq rasu.

Is-suspettat jidher liebes kollox iswed.

Jidher li l-bomba tpoġġiet f’bagalja li tħalliet fuq wieħed mit-trejns tal-metro.