Lokali

Suldati tal-AFM isalvaw lil Timmy … jgħaqqduh lura ma’ familtu wara tliet ġimgħat nieqes

Timmy, il-kelb tar-razza chihuahua li kien ilu nieqes għal madwar tliet ġimgħat, instab minn uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li salvawh minn fuq ir-runway tal-ajruport u raddewh lura lil familtu.

Fl-aħħar jiem spikkaw l-appelli mqanqla ta’ sidtu biex Timmy, kelb ta’ sitt snin, jinstab u jintradd lura wara li kien intilef fl-inħawi ta’ Raħal Ġdid.

F’kummenti fuq Facebook, sidt il-kelb qalet li qed tħossha se ttir bil-ferħ hekk kif sar kuntatt mal-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta biex tkun tista’ tiġbor lill-kelb mingħandhom.