Lokali

Tħassib li s-surplus ġie għax tnaqqas l-investiment fil-proġetti – MEA

Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Il-pożizzjoni tal-MEA dwar id-dikjarazzjoni tal-gvern li għalaq l-2016 b'surplus

L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem, l-MEA, qalet li jekk il-gvern għalaq is-sena 2016 b’surplus billi naqqas l-ispiża kapitali hu inkwetanti.

Fi stqarrija l-MEA saħqet li hu importanti li l-gvern iżomm taht kontroll in-nefqa rikurrenti tiegħu. Dan hekk kif in-nefqa tal-gvern għadha gholja. Dan vis a vis l-ammont ta’ persuni li ġew impjegati mal-gvern u b’hekk naturalment l-ammont ta’ nies fuq il-lista tal-qgħad naqset.

L-istqarrija tgħid wkoll li s-sostenibilita’ ta’ surplus fil-budget jiddependi ħafna mill-fondi pubbliċi tal-gvern u t-tkabbir ekonomiku li jkun iġġenerat mis-settur privat.