Tliet persuni, tifel ta’ sentejn, tifel ta’ 4 snin u missierhom ta’ 34 sena kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li dawn kienu f’diffikultajiet fil-baħar Mediterran.
Huma kienu salvati permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati wara talba li saret miċ-ċentru tas-salvataġġ marittimu ta’ Ruma.
It-tliet persuni, li huma immigranti, inġiebu Malta u qed jingħataw il-kura fl-isptar Mater Dei.
//= $special ?>