Illum tħabbret il-mewt tal-ex goalkeeper ta’ Vittoriosa Stars F.C, Godwin Cassar.
Fis-snin ħamsin Cassar kien meqjuż bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers f’pajjiżna. Il-karriera baqgħet marbuta ma’ Vittoriosa Stars fejn mir-rebħ tal-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni fl-1954-55 sal-bidu tas-snin ’60 baqa’ regolari bħala l-ewwel goalkeeper.
L-aġilita’ tiegħu u l-mod akrobatiku fil-lasti kienu bla dubju l-aqwa kwalitajiet tiegħu.
Fl-10 ta’Mejju 1956 kien iddebutta mat-tim Malti ta’ taħt il-21 sena flimkien ma’ żewġ players ohra ta’ Vittoriosa Stars – John Darmanin u Twanny Sultana.
Kondoljanzi lil familja Cassar b’mod partikolari lil ibnu Ritchie Cassar kollega ma’ Media.Link Communications.