Lokali

Boathouse fl-Armier tieħu n-nar

Ritratt: newsbook.com.mt
Żewġ karozzi jinqerdu minħabba nirien f'kamra fl-Armier

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7.30, boathouse fil-bajja tal-Armier ħadet in-nar.

Skont l-aħħar informazzjoni li rċieva NET News s’issa mhux magħruf biex tqabbad dan in-nar, pero mhux eskluż li l-kamra ħadet in-nar apposta.

Fortunatament, ma weġġa’ ħadd waqt dan il-ħruq – iżda dak kollu li kien hemm fil-kamra intilef, u saħansitra anke l-bini ġarraf ħsarat estensivi minħabba n-nar. Fil-boathouse, kien hemm żewġ karozzi.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Bħalissa għaddejja inkjesta sabiex il-Pulizija tkompli tinvestiga l-każ fl-Armier.