Fis-sigħat li ġejjin mistennija li tkun ippublikata l-inkjesta dwar il-każ tad-Droga f’Għawdex. Dan il-każ kien jinvolvi żewġ Ministri li sa issa u minkejja li għadda aktar minn xahar minn meta faqqa’ dan l-iskandlu l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu qed jaħrab milli jgħid min huma ż-żewġ Ministri involuti.
L-inkjesta qed issir mill-eks-kandidat Laburista John Vassallo, wara li l-Avukat Frank Testa kien talab lill-Prim Ministru biex ma jmexxix l-inkjesta.
Kienet il-gazzetta Maltatoday li żvelat l-istorja xokkanti ta’ żewġ Ministri tal-Gvern li indaħlu f’każ ta’ traffikar tad-droga, fejn fis-satra tal-lejl iltaqgħu ma’ wieħed mill-ġenituri tat-traffikanti. Laqgħa li wasslet biex inbidlu l-istatements mogħtija lill-Pulizija.
Bid-difiża tiegħu Muscat qiegħed jiddefendi t-traffikanti tad-droga. Bejn iż-żgħażagħ u l-ġenituri, u t-traffikanti tad-droga, Muscat jagħżel lit-traffikanti tad-droga.
Mhux magħruf jekk fi tmiem ta’ din l-inkjesta l-Prim Ministru Joseph Muscat hux se jieħu passi kontra ż-żewġ Ministri involuti f’dan l-iskandlu li sa issa għadna ma nafux min huma.
//= $special ?>