Lokali Parlament

Il-gvern għandu jagħti prijorità lill-każi pendenti fid-Dipartiment tal-Artijiet

-Tony Abela, PN

Id-deputat Nazzjonalista Tony Abela qal li l-gvern għandu jagħti prijorità lill-każi pendenti fid-Dipartiment tal-Artijiet.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament fuq l-abbozz ta’ liġi dwar l-artijiet tal-Gvern, id-deputat Nazzjonalista Tony Abela qal li fil-liġi l-gvern mhux jgħid kif se jitratta l-każi b’lura fuq akkwist ta’ propjetà tal-gvern u kif se jirrikonoxxi n-nies li jkunu kitbu lill-gvern u marru jistennew iżda l-applikazzjonijiet tagħhom għandhom mhux solvuti.

Id-deputat Nazzjonalista semma propjetà li l-gvern ħa mingħand il-knisja fl-1992 iżda dawn l-artijiet għadhom lanqas huma reġistrati. In-nies qed ikunu preġudikati fit-tilu tal-propjetà li huma xtraw.

Tony Abela qal li għandha tgħaddi riżoluzzjoni biex fejn nies li ilhom propjetarji ta’ propjetà li l-knisja qed tgħid li hi tagħha iżda qatt ma kienet reġistrata huma fil-fatt propjetarji tal-propjetà. Wasal iż-żmien li l-gvern jipprovdi l-fondi meħtieġa biex isiru d-depożiti fil-qrati u jinħarġu l-ordni biex il-propjetajiet isiru tal-poplu. Hemm eluf ta’ nies li fdew iċ-ċens temporanju iżda għadhom fi stadju fejn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti.

Dwar id-Diaprtiment tal-Artijiet, Tony Abela qal li l-Awtorità tad-Djar għandha tagħti lista tal-propjetà biex isiru l-esprioprijazzjoni biex isiru l-kuntratti meħtieġa. Wasal iż-żmien li l-każi pendenti ta’ bdiewa u raħħala li kienu talbu biex ikunu rikonoxxuti.

Din il-liġi jmissha saret erba’ snin ilu qabel ingħataw artijiet ODZ bħal Żonqor Point, sostna Tony Abela, li qal li l-avviżi fuq l-artijiet għandhom ikunu iktar spissi. Hu tal-biżà li jistgħu jsiru trasferimenti b’avviż minn awtorità u jinqabeż il-parlament biex jiggwadanjaw erba’ min-nies tal-qalba.