Lokali Parlament

Il-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet għandhom ikunu integri u indipendenti

– Ċensu Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea qal li l-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet għandhom ikunu integri u indipendenti u distakkati mill-politiku tal-ġurnata.

F’diskors waqt id-dibattitu dwar l-artijiet tal-Gvern, id-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea qal li tul is-snin kien hemm pressjonijiet fuq il-mod kif l-art għandha tintuża. Hu semma t-toroq u qal li l-pajjiż għandu l-pressjonijiet tal-karrozzi u sostna li hemm ukoll art użata għall-kostruzzjoni. Fost il-pressjonijiet li l-pajjiż għandu hemm dik ta’ ajruport f’Għawdex.

Hu tkellem dwar l-Awtorità tal-Artijiet u qal li din trid tipprova tiġbor flus tal-passat. Kull dħul li jkollha l-Awtorità tal-Artijiet m’għandux imur fil-fond konsolidat iżda jibqa’ għand l-Awtorità u jintuża biex jingħataw il-kumpensi meħtieġa. Dawk li ittiħditilhom l-art għal diversi raġunijiet.

Ċensu Galea qal li l-gvern għadda liġi dwar l-Awtorità tal-Artijiet iżda issa għaddew xhur u kien biss fl-aħħar ġranet li twaqqaf il-Bord tal-Awtorità. Hu staqsa kif se jiġu trattati l-ħaddiema li kienu mad-Dipartiment tal-Artijiet u x’kundizzjonijiet se jkollhom.

Hu tkellem dwar il-proċessi ta’ esproprijazzjoni u qal li dawn fir-realtà ijsiru mill-politiċi.

Id-deputat Nazzjonalista semma l-art agrikola u qal li hemm diversi diffikultajiet f’dawn is-settur dwar ir-rikonoxximent tal-artijiet. Minkejja li għaddew ħafna nsin l-applikazzjonijiet għadhom mhux kollha solvuti.