Anzjan ta’ 78 sena minn Birkirkara kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq In-Naxxar, kantuniera mat-Triq il-Bwieraq f’Birkirkara stess, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, s-sewwieq tal-mutur kellu mpatt ma’ vettura misjuqa minn żagħżugħa ta’ 23 sena minn Ħ’Attard. Konsegwentament il-vittma kellu impatt ieħor ma’ karozza ipparkjata.
Fuq il-post issejħet minnufih għall-assistenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi fejn ħadu l-anzjan u l-mara l-isptar għal aktar kura.
Filwaqt li ż-żagħżugħa ttieħdet l-isptar minħabba li kienet qed issoffri minn xokk, jidher li s-sewwieq tal-mutur ġarrab xi ġrieħi, madanakollu l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>