Lokali

AĠĠORNATA – Raġel iġarrab ġrieħi f’rasu wara argument f’residenza f’Santa Luċija

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 42 sena minn Santa Luċija kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ġarrab xi ġrieħi f’rasu. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Iż-Żinja, f’Santa Luċija hekk kif kien involut fi ġlieda ma’ raġel iehor ta’ 46 sena minn Santa Luċija stess, possibilment qarib tal-vittma. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li għal xi raġuni mhux magħrufa l-vittma dabbar daqqa ta’ reċipjent tal-ħġieġ.

S’issa il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.

Filwaqt li l-Pulizija ta’ Raħal Ġdid qed tinvestiga l-każ, uffiċjali li tkellmu ma’ Net News spjegaw li mhux jeskludu l-possibilità ta’ vjolenza domestika f’dan il-każ.

Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, fi studju annwali dwar il-kriminalita, ġie żvelat li r-rapporti ta’ vjolenza domestika qed jiżdiedu.

 

Aktar dettalji kif jaslulna