Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu – Beaumont jipprova jwaqqaf rekord dinji

Mark Beaumont

Mark Beaumont ċiklist tar-Renju Unit se jipprova jdur id-dinja fi 80 ġurnata.

Hu se jibda din l-isfida fit-2 ta’ Lulju. F’dawn il-ġranet, bi preparazzjoni qed idur mar-Renju Unit biex jaqbad ritmu li għandu jwasslu biex ikun kapaċi jagħmel 29,000 kilometru fuq medda ta’ 16 il-siegħa kuljum.

L-ewwel fażi tar-rotta ser kun minn Pariġi għal Beijing wara li jkun għadda mill-Polonja, mil-Litwanja, mir-Russja, mill-Mongolja u miċ-Ċina.

Minn hemm mistenni jmur lejn l-Awstralja u New Zealand qabel ma jmur lejn l-Amerika ta’ Fuq fejn imur l-Alaska u Halifax fil-Kanada.

Lura fl-Ewropa jgħaddi mill-Portugall u minn Spanja qabel ma jmur lura lejn Pariġi. Biex jagħmel dan irid jagħmel 240 mil kulljum fejn jaħraq xejn anqas minn 8000 kalorija.

Fl-2008 kien għamel l-istess rotta f’194 ġurnata u issa t-tentattiv tiegħu hu li jagħmel ir-rotta fi 80 ġurnata.